Żurna
Aħna nagħmlu ħilitna biex inkunu trasparenti, aċċessibbli u mifhuma miċ-ċittadini kollha
Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-BĊE jinsab fil-bini ewlieni tal-BĊE fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja. Meta żżurna tkun tista' ssir taf aktar dwar ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-BĊE b’mod interattiv u tifhem aħjar kif id-deċiżjonijiet tagħna jaffettwaw il-ħajja tiegħek ta’ kuljum.
Għaliex huwa importanti li l-prezzijiet jibqgħu stabbli u xi jfisser dan għas-saħħa tal-akkwist tiegħek? Kif inkunu żguri li t-tfaddil tiegħek huwa sigur fil-bank? X’inhuma l-kisbiet ewlenin tal-euro?
Interessat(a) li tkun taf aktar? Agħti ħarsa lejn l-attivitajiet taċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-BĊE hawn taħt!
Attivitajiet fuq il-post
Tours taċ-Ċentru għall-Viżitaturi għall-Individwi
It-tours tagħna bla ħlas ta’ 60 minuta għall-individwi (1-14-il partiċipant) ospitati mill-persunal tal-BĊE jagħtu ħarsa ġenerali tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet tal-BĊE. It-tours jiġu organizzati nhar ta’ Tnejn fil-17:00 u nhar ta’ Ġimgħa fil-11:00 bl-Ingliż u bil-Ġermaniż u jrid isir buking għalihom mill-inqas ġimgħa bil-quddiem.
Itlob tourTours taċ-Ċentru għall-Viżitaturi għall-Gruppi
It-tours tagħna bla ħlas ta’ 60 minuta għall-gruppi (15-40 partiċipant) ospitati mill-persunal tal-BĊE jagħtu ħarsa ġenerali tar-rwoli u tar-responsabbiltajiet tal-BĊE. It-tours jiġu organizzati mit-Tnejn sal-Ġimgħa f’ħinijiet fissi ppjanati minn qabel.
Itlob tour fi gruppLekċers minn esperti
Il-lekċers fuq il-post minn esperti dwar suġġetti speċifiċi (ħarsa ġenerali, il-politika monetarja, l-euro, is-superviżjoni bankarja eċċ.) huma mmirati lejn gruppi li jifhmu sew il-mandat tal-BĊE. Il-lekċers tagħna ta’ 60 minuta huma bla ħlas u disponibbli għal gruppi ta’ mhux aktar minn 80 persuna.
Itlob lekċer fuq il-postTours tal-Binja Prinċipali
Jekk tingħaqad ma’ wieħed mit-tours tagħna tal-binja prinċipali, aħna nuruk partijiet differenti tal-binja prinċipali tal-BĊE, fejn nirriflettu fuq l-istorja u fuq l-arkitettura tagħha. Nagħtuk ukoll idea ġenerali ta’ xi jfisser li taħdem hawnhekk.
Attivitajiet virtwali
Lekċers virtwali minn esperti
Il-lekċers virtwali dwar suġġetti speċifiċi (ħarsa ġenerali, il-politika monetarja, l-euro, is-superviżjoni bankarja eċċ.) huma mmirati lejn gruppi li jifhmu sew il-mandat tal-BĊE. Il-lekċers virtwali tagħna ta’ 60 minuta huma bla ħlas.
Itlob lekċer virtwaliŻjarat oħrajn
Żjara lill-Mafkar tal-Lhud
F'kapitlu makabru tal-istorja tal-bini ewlieni, il-kantina tal-Grossmarkthalle kienet tintuża matul it-Tieni Gwerra Dinjija bħala l-post fejn kienu jinġabru l-Lhud, u kważi 10,000 ttieħdu minn hemm bil-ferrovija lejn il-kampijiet ta’ konċentrament. Tista' żżur il-mafkar li jinsab fuq il-post billi tirreġistra għal tour bi gwida organizzat mill-Mużew Lhudi ta’ Frankfurt.
Żur is-sit web tal-Mużew Lhudi ta’ FrankfurtIl-Wirja Elsaesser
Il-Grossmarkthalle li jinsab fiċ-ċentru tal-bini ewlieni kien iddisinjat mill-arkitett Martin Elsaesser u nbena bejn l-1926 u l-1928. Dak iż-żmien mhux biss kien wieħed mill-ikbar kumplessi ta’ bini fil-belt ta’ Frankfurt iżda wkoll l-ikbar struttura tal-konkrit rinforzat u bla pilastri fid-dinja.
Ibbukkja għat-tour iggwidat organizzat mill-Fondazzjoni Elsaesser (bil-Ġermaniż biss)