iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.
iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.



Link to original content: https://mt.wikipedia.org/wiki/Vojvodja
Vojvodja - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Vojvodja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Vojvodja, (Rumen: voievodat, Pollakk: województwo, Serb: vojvodina (војводина), vojvodstvo (војводство) jew vojvodovina (војводовина), Ungariż: vajdaság) kienet forma ta' stat fewdali fir-Rumanija, Ungarija, Polonja, Russja u fis-Serbja tal-Medjuevu. Il-vojvodija kienet tiġi maħkuma mill-Vojvod, (traduzzjoni kelma b'kelma: "dak li jmexxi il-gwerrieri"). Oriġinarjament kien kmandant militari li jmexxi flimkien ma' mexxej ieħor. Il-kelma vojvodja għadha tiġi użata għall-Vojvodji tal-Polonja, li huma sittax -il reġjun amministrativi f'dan il-pajjiż. Vojvodina li titnissel mill-istess kelma hija wkoll l-isem tal-provinċja awtonoma fin-nofsinhar tas-Serbja.