iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.
iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.



Link to original content: https://mt.wikipedia.org/wiki/Premju_Nobel_għall-Fiżika
Premju Nobel għall-Fiżika - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Premju Nobel għall-Fiżika

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Id-dokument li jiċċertifika l-għoti tal-Premju Nobel għall-Fiżika lil Pierre u Marie Curie

Il-Premju Nobel għall-Fiżika huwa wieħed mill-ħames Premjijiet Nobel li jingħata kull sena mill-Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi. L-ewwel rebbieħ ta' dan l-unur kien il-Ġermaniż Wilhelm Conrad Röntgen fl-1901. Dan il-premju jiġi mogħti f'ċerimonja annwali ġewwa Stokkolma nhar l-10 ta' Diċembru, l-anniversarju tal-mewt ta' Alfred Nobel, li għalih huma msemmijin dawn il-premjijiet.

Sena Rebbieħ Pajjiż Raġuni
1901 Wilhelm Conrad Röntgen  Ġermanja "bħala rikonoxximent għas-servizz straordinarju li ta għall-iskoperta tar-raġġi importanti li wara ħadu ismu"
1902 Hendrik Lorentz  Pajjiżi l-Baxxi "bħala rikonoxximent tas-servizz straordinarju li taw bir-riċerki tagħhom fuq l-influwenza tal-manjetiżmu fuq fenomeni radjoattivi"
Pieter Zeeman  Pajjiżi l-Baxxi
1903 Antoine Henri Becquerel  Franza "bħala rikonoxximent tas-servizz straordinarju li ta bl-iskopera tar-radjoattività spontanja"
Pierre Curie  Franza "bħala rikoxximent tas-servizz staordinarju li taw fir-riċerki flimkien fuq il-fenomeni radjoattivi skoperti mill-Professur Henri Becquerel"
Marie Curie  Polonja
 Franza
1904 John William Strutt  Renju Unit "għall-investigazzjonijiet tiegħu fuq id-densità tal-gassijiet l-aktar importanti u għall-iskopera tiegħu tal-argon, b'konnessjoni ma' dawn l-istess studji"
1905 Philipp Eduard Anton von Lenard  Awstrija-Ungerija
 Ġermanja
"għar-riċerki tiegħu fuq ir-raġġi katodiċi"
1906 Joseph John Thomson  Renju Unit "bħala rikonoxximent għall-investigazzjonijiet teoriċi u sperimentali fuq il-konduzzjoni tal-enerġija elettrika fil-gassijiet"
1907 Albert Abraham Michelson  Stati Uniti
 Polonja
"għall-istrumenti ottiċi ta' preċiżjoni u għall-investigazzjonijiet spettroskopiċi u metroloġiċi li saru bl-għajnuna tagħhom"
1908 Gabriel Lippmann  Franza "għall-metodu tiegħu li jirriproduċi l-kuluri b'mod fotografiku bbażat fuq il-fenomenu tal-interferenza"
1909 Guglielmo Marconi  Italja "bħala rikonoxximent għall-kontribut tagħhom fl-iżvilupp tat-telgrafija mingħajr wajers"
Karl Ferdinand Braun  Ġermanja
1910 Johannes Diderik van der Waals  Pajjiżi l-Baxxi "għall-ħidma tiegħu fuq l-ekwazzjoni tal-istat għall-gassijiet u l-likwidi"
1911 Wilhelm Wien  Ġermanja "għall-iskoperti tiegħu dwar il-liġijiet li jirregolaw ir-radjazzjoni tas-sħana"
1912 Nils Gustaf Dalén  Żvezja "għall-invenzjoni tiegħu ta' regolaturi awtomatiċi ddisinjati sabiex jiġu wżati f'kombinazzjoni ma' akkumulaturi tal-gass għal fanali u bagi"
1913 Heike Kamerlingh-Onnes  Pajjiżi l-Baxxi "għall-investigazzjonijiet tiegħu fuq il-propjetajiet tal-materja f'temperaturi baxxi li wasslu, fost oħrajn, għall-produzzjoni tal-elju likwidu"
1914 Max von Laue  Ġermanja "għall-iskoperta tiegħu fuq id-diffrazzjoni tar-raġġi X mill-kristalli, pass importanti fl-iżvilupp tal-ispektroskopija tar-raġġi X"
1915 William Henry Bragg  Renju Unit "għas-servizz tagħhom fl-analiżi tal-istruttura kristallina permezz tar-raġġi X"
William Lawrence Bragg  Awstralja
 Renju Unit
1916 Ma ngħatax
1917 Charles Glover Barkla  Renju Unit "għall-iskopera tiegħu tar-radjazzjoni X karatteristika tal-elementi"
1918 Max Planck  Ġermanja "bħala rikonoxximent għas-servizzi li ta għall-progress tal-fiżika bl-iskopera tal-kwantifikazzjoni tal-enerġija "
1919 Johannes Stark  Ġermanja "għall-iskopera tiegħu tal-effett Doppler fir-raġġi kanali u l-qsim tal-linji spettrali f'kampijiet elettriċi"
1920 Charles Édouard Guillaume  Żvizzera "bħala rikonoxximent għas-servizz li ta fil-kejl ta' preċiżjoni fil-fiżika bl-iskoperta tiegħu tal-anomaliji fil-legi tan-nikil u l-azzar"
1921 Albert Einstein  Ġermanja
 Żvizzera
"għas-servizzi tiegħu lejn il-Fiżika Teorika, u speċjalment għall-iskopera tal-liġi tal-effett fotoelettriku"
1922 Niels Bohr  Danimarka "għas-servizzi tiegħu fl-investigazzjoni tal-istruttura tal-atomi u tar-radjazzjoni li toħroġ minnhom"
1923 Robert Andrews Millikan  Stati Uniti "għall-ħidma tiegħu fuq iċ-ċarġ elementari tal-elettriċità u fuq l-effett fotoelettriku"
1924 Manne Siegbahn  Żvezja "għall-iskoperti u riċerki tiegħu fil-kamp tal-ispettroskopija tar-raġġi X"
1925 James Franck  Ġermanja "għall-iskopera tagħhom tal-liġijiet li jirregolaw l-impatt ta' elettron fuq atomu"
Gustav Hertz  Ġermanja
1926 Jean Baptiste Perrin  Franza "għall-ħidma tiegħu fuq l-istruttura diskontinwa tal-materjal, u speċjalment għall-iskoperta tiegħu tal-ekwilibriju ta' sedimentazzjoni"
1927 Arthur Holly Compton  Stati Uniti "għall-iskoperta tiegħu tal-effett imsemmi warajh"
Charles Thomson Rees Wilson  Renju Unit "għall-metodu tiegħu li jagħmel viżibbli l-mgħodija ta' partiċelli ċċarġjati elettrikament permezz tal-kondensazzjoni tal-fwar"
1928 Owen Willans Richardson  Renju Unit "għall-ħidma tiegħu fuq il-fenomenu termijoniku u speċjalment għall-iskoperta tal-liġi mmsemmija warajh"
1929 Prince Louis-Victor Pierre Raymond de Broglie  Franza "għall-iskoperta tiegħu tan-natura ta' mewġa tal-elettroni"
1930 Chandrasekhara Venkata Raman  Indja "għall-ħidma tiegħu fuq id-diffużjoni tad-dawl u għall-iskoperta tal-effett imsemmi warajh"
1931 Ma ngħatax
1932 Werner Heisenberg  Ġermanja "għall-ħolqien tal-mekkanika kwantistika, liema applikazzjoni tiegħu, fost oħrajn, ġabet l-iskoperta tal-forom allotropiċi tal-idroġenu"
1933 Erwin Schrödinger  Awstrija "għall-iskoperta ta' forom produttivi ġodda ta' teorija atomika"
Paul Dirac  Renju Unit
1934 Ma ngħatax
1935 James Chadwick  Renju Unit "għall-iskoperta tan-newtron"
1936 Victor Francis Hess  Awstrija "għall-iskoperta tiegħu tar-radjazzjoni kożmika"
Carl David Anderson  Stati Uniti "għall-iskoperta tiegħu tal-pożitron"
1937 Clinton Joseph Davisson  Stati Uniti "għall-iskoperta sperimentali tagħhom tad-diffrazzjoni tal-elettroni permezz tal-kristalli"
George Paget Thomson  Renju Unit
1938 Enrico Fermi  Italja "għad-dimostrazzjonijiet tiegħu tal-eżistenza ta' elementi radjoattivi ġodda prodotti minn irradjazzjoni newtronika, u għall-iskoperta relatata tar-reazzjonijiet nukleari miksuba min-newtroni li jivvjaġaw bil-mod"
1939 Ernest Lawrence  Stati Uniti "għall-invenzjoni u l-iżvilupp tal-ċiklotron u għar-riżultati miksuba bih, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' elementi radjoattivi artifiċjali"
1940 Ma ngħatax
1941 Ma ngħatax
1942 Ma ngħatax
1943 Otto Stern  Stati Uniti "għall-kontribuzzjoni tiegħu fl-iżvilupp tal-metodu tar-raġġ molekulari u l-iskoperta tiegħu tal-momentu manjetiku tal-proton"
1944 Isidor Isaac Rabi  Stati Uniti
 Polonja
"għall-metodu tiegħu tar-reżonanza sabiex jirreġistra l-propjetajiet manjetiċi tan-nukleji atomiċi"
1945 Wolfgang Pauli  Awstrija "għall-iskoperta tiegħu tal-Prinċipju ta' Esklużjoni, imsejjaħ ukoll il-prinċipju ta' esklużjoni ta' Pauli"
1946 Percy Williams Bridgman  Stati Uniti "għall-invenzjoni ta' apparat li jipproduċi pressjonijiet għolja ħafna, u għall-iskoperti li jagħmel fil-kamp tal-fiżika ta' pressjoni għolja"
1947 Edward Victor Appleton  Renju Unit "għall-investigazzjonijiet tiegħu tal-fiżika tal-atmosfera ta' fuq speċjalment għall-iskoperta tal-hekk imsejjaħ saff ta' Appleton"
1948 Patrick Maynard Stuart Blackett  Renju Unit "għall-iżvilupp tiegħu tal-metodu ta' kamra taċ-ċpar ta' Wilson, u l-iskoperti tiegħu fil-kamp tal-fiżika nukleari u r-radjazzjoni kożmika"
1949 Hideki Yukawa  Ġappun "għat-tbassira tiegħu tal-eżistenza ta' meżoni abbażi tal-ħidma teoretika fuq il-forzi nukleari"
1950 Cecil Frank Powell  Renju Unit "għall-iżvilupp tiegħu tal-metodu fotografiku għall-istudju ta' proċessi nukleari u l-iskoperti tiegħu rigward meżoni magħmula b'dan il-metodu"
1951 John Douglas Cockcroft  Renju Unit "għall-ħidma fuq it-transmutazzjni ta' nukleji atomiċi permezz ta' partiċelli atomiċi mgħaġġlin b'mod artifiċjali"
Ernest Thomas Sinton Walton  Irlanda
1952 Felix Bloch  Żvizzera
 Stati Uniti
"għall-iżvilupp tagħhom ta' metodi ġodda għal kejl ta' preċiżjoni manjetika nukleari u l-iskoperti relatati"
Edward Mills Purcell  Stati Uniti
1953 Frits Zernike  Pajjiżi l-Baxxi "għad-dimostrazzjoni tiegħu tal-metodu tal-kuntrast tal-fażijiet, speċjalment għall-invenzjoni tiegħu tal-mikroskopju tal-kuntrast tal-fażijiet."
1954 Max Born  Renju Unit "għar-riċerka fundamentali fil-mekkanika kwantistika, speċjalment għall-interpretazzjoni statistika tal-funzjoni tal-mewġa"
Walther Bothe  Ġermanja tal-Punent "għall-metodu ta' koinċidenza u l-iskoperti tiegħu li saru f'dak l-ambitu"
1955 Willis Eugene Lamb  Stati Uniti "għall-iskoperti tiegħu relatati mal-istruttura fina tal-ispettru tal-idroġenu"
Polykarp Kusch  Stati Uniti
 Ġermanja
"għad-determinazzjoni preċiża tal-momentu manjetiku tal-elettron"
1956 John Bardeen  Stati Uniti "għar-riċerki tagħhom fuq is-semikondutturi u l-iskoperta tagħhom tal-effett transister"
Walter Houser Brattain  Stati Uniti
William Bradford Shockley  Stati Uniti
1957 Tsung-Dao Lee (李政道)  Ċina
 Stati Uniti
"għall-investigazzjoni penetranti tagħhom tal-hekk imsejħa liġijiet tal-parità li wasslu għal skoperti importanti dwar il-partiċelli elementari"
Chen Ning Yang (楊振寧)  Ċina
 Stati Uniti
1958 Pavel Alekseyevich Cherenkov  Unjoni Sovjetika "għall-iskoperta u l-interpretazzjoni tal-effett Čerenkov"
Il'ya Frank  Unjoni Sovjetika
Igor Yevgenyevich Tamm  Unjoni Sovjetika
1959 Owen Chamberlain  Stati Uniti "għall-iskoperta tal-antiproton"
Emilio Gino Segrè  Italja
1960 Donald Arthur Glaser  Stati Uniti "għall-invenzjoni tal-kamra tal-bżieżaq"
1961 Robert Hofstadter  Stati Uniti "għall-istudji tiegħu fuq it-tifrix tal-elettron fin-nukleji atomiċi u għall-iskoperti li għamel wara dwar l-istruttura tan-nukleji"
Rudolf Ludwig Mössbauer  Ġermanja tal-Punent "għar-riċerki tiegħu dwar l-assorbiment tar-riżonanza tar-raġġi gamma u l-iskopera tiegħu tal-effett li jġib ismu"
1962 Lev Davidovich Landau  Unjoni Sovjetika "għat-teoriji tiegħu fuq il-materjal kondensat, speċjalment l-elju likwudu"
1963 Eugene Paul Wigner  Ungerija
 Stati Uniti
"għall-kontribuzzjonijiet tiegħu lejn it-teorja tan-nukleji atomiċi u l-partiċelli elementari, partikularment permezz tal-iskoperta u l-applikazzjoni tal-prinċipji fundamentali ta' simetrija"
Maria Goeppert-Mayer  Stati Uniti "għall-iskoperti tagħhom dwar l-istruttura nukleari"
J. Hans D. Jensen  Ġermanja tal-Punent
1964 Nicolay Gennadiyevich Basov  Unjoni Sovjetika "għall-ħidma fundamentali fil-kamp tal-elettronika kwantistika, li wasslet għall-bini ta' oxxillaturi u amplifikaturi bbażati fuq il-prinċipju maser-lażer"
Aleksandr Prokhorov  Unjoni Sovjetika
Charles Hard Townes  Stati Uniti
1965 Richard Phillips Feynman  Stati Uniti "għall-ħidma fundamentali tagħhom fl-elettrondinamika kwantistika, b'konsegwenzi profondi għall-fiżika tal-partiċelli elementari"
Julian Schwinger  Stati Uniti
Sin-Itiro Tomonaga  Ġappun
1966 Alfred Kastler  Franza "għall-iskoperta u l-iżvilupp ta' metodi ottiċi għall-istudju tar-riżonanza Hertzjajn fl-atomi"
1967 Hans Albrecht Bethe  Stati Uniti "għall-kontribuzzjonijiet tiegħu fit-teorija tar-reazzjonijiet nukleari, speċjalment l-iskoperti tiegħu dwar il-produzzjoni tal-enerġija fil-kwiekeb"
1968 Luis Walter Alvarez  Stati Uniti "għall-kontribuzzjonijiet determinanti tiegħu fil-fiżika tal-partiċelli elementari, partikularment fl-iskoperta ta' numru kbir ta' stati riżonanti magħmulin possibbli mill-iżvilupp tat-teknika tal-kamra tal-bżieżaq bl-idroġenu u l-analiżi tad-dati"
1969 Murray Gell-Mann  Stati Uniti "għall-kontribuzzjonijiet u l-iskoperti tiegħu dwar il-klassifikazzjoni tal-partiċelli elementari u l-interazzjonijiet tagħhom"
1970 Hannes Olof Gösta Alfvén  Żvezja "għall-ħidma u l-iskoperti fundamentali fil-manjetoidrodinamika b'applikazzjonijiet produttivi f'diversi partijiet tal-fiżika tal-plażma"
Louis Néel  Franza "għall-ħidma u l-iskoperti fundamentali tiegħu dwar l-antiferromanjetiżmu u l-ferrimanjetiżmu li wasslu għal applikazzjonijiet importanti fil-fiżika tal-istat solidu"
1971 Dennis Gabor  Renju Unit "għall-invenzjoni u l-iżvilupp tal-metodu olografiku"
1972 John Bardeen  Stati Uniti "għall-iżvilupp flimkien tat-teorija tas-superkonduttività, spiss imsejħa t-teorija BCS"
Leon Neil Cooper  Stati Uniti
John Robert Schrieffer  Stati Uniti
1973 Leo Esaki  Ġappun "għall-iskoperti sperimentali tagħhom dwar fenomeni ta' tunneling fis-semikondutturi u superkondutturi, rispettivament"
Ivar Giaever  Stati Uniti
 Norveġja
Brian David Josephson  Renju Unit "għall-previżjonijiet teoritiċi tal-proprjetajiet ta' superkurrent f'barriera forma ta' mina, partikularment dawk il-fenomeni li ġeneralment huma magħrufa bħala l-effett Josephson"
1974 Martin Ryle  Renju Unit "għar-riċerka tagħhom fl-astrofiżika radju: Ryle għall-osservazzjonijiet u l-invenzjonijiet tiegħu, partikularment fit-teknika ta' sintesi t'apertura, u Hewish għar-rwol deċiżiv fl-iskoperta tal-pulsars"
Antony Hewish  Renju Unit
1975 Aage Bohr  Danimarka "għall-iskoperta tal-konnessjoni bejn iċ-ċaqlieq kollettiv u ċ-ċaqlieq tal-partiella fin-nuklei atomiċi u l-iżvilupp tat-teorija tal-istruttura tal-nukleu atomiku bbażat fuq din il-konnessjoni"
Ben Roy Mottelson  Danimarka
Leo James Rainwater  Stati Uniti
1976 Burton Richter  Stati Uniti "għax-xogħol tagħhom fl-iskoperta ta' partiċella elementari tqila ta' tip ġdid"
Samuel Chao Chung Ting  Stati Uniti
1977 Philip Warren Anderson  Stati Uniti "għall-investigazzjonijiet teoretiċi fundamentali tal-istruttura elettronika ta' sistemi manjetiċi u disturbati"
Nevill Francis Mott  Renju Unit
John Hasbrouck Van Vleck  Stati Uniti
1978 Pyotr Leonidovich Kapitsa  Unjoni Sovjetika "għall-invenzjonijiet u skoperti bażiċi fil-qasam tal-fiżika tat-temperaturi baxxi"
Arno Allan Penzias  Stati Uniti "għall-iskoperta tagħhom tar-radjazzjoni kożmika tal-isfond"
Robert Woodrow Wilson  Stati Uniti
1979 Sheldon Lee Glashow  Stati Uniti "għall-kontribuzzjonijiet tagħhom lit-teorija tal-interazzjoni dgħajfa u elettromanjetika bejn partiċelli elementari, inkluża fost oħrajn, il-previżjoni tal-kurrent newtrali"
Abdus Salam  Pakistan
Steven Weinberg  Stati Uniti
1980 James Watson Cronin  Stati Uniti "għall-iskoperta tal-vjolazzjonijiet tal-prinċipji fundamentali ta' simmetrija fid-dekadenza tal-meżuni K-newtrali"
Val Logsdon Fitch  Stati Uniti
1981 Nicolaas Bloembergen  Pajjiżi l-Baxxi
 Stati Uniti
"għall-kontribuzzjoni tagħhom fl-iżvilupp tal-ispettroskopija tal-lażer"
Arthur Leonard Schawlow  Stati Uniti
Kai Manne Börje Siegbahn  Żvezja "għall-kontribuzzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta' spettroskopija tal-elettroni b'riżoluzzjoni għolja"
1982 Kenneth G. Wilson  Stati Uniti "għat-teorija tiegħu tal-fenomeni kritiċi b'relazzjoni mal-fażi ta' tranżizzjoni"
1983 Subrahmanyan Chandrasekhar  Indja
 Stati Uniti
"għall-istudji teoretiċi tiegħu tal-proċessi fiżiċi li jagħtu bidu għall-istruttura u l-evoluzzjoni tal-istilel"
William Alfred Fowler  Stati Uniti "għall-istudji teoritiċi u sperimentali tar-reazzjonijiet nukleari li jagħtu bidu għall-formazzjoni tal-elementi kimiċi fl-univers"
1984 Carlo Rubbia  Italja "għall-kontribuzzjonijiet deċiżivi tagħhom għall-proġett il-kbir, li wassal għall-iskoperta tal-partiċelli W u Ż, komunikaturi ta' interazzjoni dgħajfa"
Simon van der Meer  Pajjiżi l-Baxxi
1985 Klaus von Klitzing  Ġermanja tal-Punent "għall-iskoperta tal-effett Hall kwantistiku"
1986 Ernst Ruska  Ġermanja tal-Punent "għax-xogħol fundamentali tiegħu fl-ottika elettronika, u għad-disinn tal-ewwel mikroskopju elettroniku"
Gerd Binnig  Ġermanja tal-Punent "għad-disinn tagħhom tal-mikroskopju b'effett ta' mina"
Heinrich Rohrer  Żvizzera
1987 Johannes Georg Bednorz  Ġermanja tal-Punent "għall-pass importanti 'l quddiem fl-iskoperta tas-superkonduttività f'materjali ċeramiċi"
Karl Alexander Müller  Żvizzera
1988 Leon Max Lederman  Stati Uniti "għall-metodu tar-raġġ ta' newtrini u d-dimostrazzjoni tal-istruttura doppja tal-leptoni permezz tal-iskoperta tan-newtrino mwon"
Melvin Schwartz  Stati Uniti
Jack Steinberger  Stati Uniti
1989 Norman Foster Ramsey  Stati Uniti "għall-invenzjoni tal-metodu tal-kampi oxxillanti u l-użu tiegħu tal-maser idroġenu u arloġġi atomiċi oħra"
Hans Georg Dehmelt  Stati Uniti
 Ġermanja
"għall-iżvilupp tat-teknika tan-nassa jonika"
Wolfgang Paul  Ġermanja tal-Punent
1990 Jerome I. Friedman  Stati Uniti "għall-investigazzjonijiet fuq id-diffużjoni inelastika profonda tal-elettroni fi protoni u newtroni mwaħħda, li saru ta' importanza essenzjali għall-iżvilupp tal-mudell tal-quark u l-fiżika tal-partiċelli"
Henry Way Kendall  Stati Uniti
Richard E. Taylor  Kanada
1991 Pierre-Gilles de Gennes  Franza "għall-iskoperta li l-metodi żviluppati għall-istudji ta' fenomeni ordinarji f'sistemi sempliċi jistgħu jiġu ġeneralizzati f'forom iktar kumplessi ta' materja, partikularment għall-kristalli likwidi u polimeri"
1992 Georges Charpak  Franza
 Polonja
"għall-invenzjoni tiegħu u l-iżvilupp ta' strument ta' sejbien tal-partiċelli, partikularment il-kamra proporzjonali b'wajers multipli"
1993 Russell Alan Hulse  Stati Uniti "għall-iskoperta ta' tip ġdid (PSR B1913+16) ta' pulsar, skoperta li fetħet possibilitajiet ġodda għall-istudju ta' gravitazzjoni"
Joseph Hooton Taylor  Stati Uniti
1994 Bertram Brockhouse  Kanada "għall-iżvilupp ta' spettroskopija ta' newtroni" u "għall-kontributi pijuniera tagħhom għall-iżvilupp ta' tat-tekniċi ta' scattering tan-newtroni għall-istudju tal-materja kondensata"
Clifford Glenwood Shull  Stati Uniti "għall-iżvilupp tat-teknika tad-difrazzjoni tan-newtroni" u "għall-kontribuzzjonijiet pijuniera ta' tekniċi ta' diffużjoni ottika tan-newtroni għall-istudju tal-materja kondensata"
1995 Martin Lewis Perl  Stati Uniti "għall-iskoperta tal-lepton tau u "għall-kontribuzzjonijiet pijuniera sperimentali għall-fiżika tal-leptoni."
Frederick Reines  Stati Uniti "għall-iskoperta tal-lepton tau u "għall-kontribuzzjonijiet pijuniera sperimentali għall-fiżika tal-leptoni."
1996 David Morris Lee  Stati Uniti "għall-iskoperta tagħhom tas-superfluwidità fl-elju-3"
Douglas D. Osheroff  Stati Uniti
Robert Coleman Richardson  Stati Uniti
1997 Steven Chu  Stati Uniti "għall-iżvilupp ta' metodi sabiex ikessħu u jaqbdu l-atomi permezz ta' dawl lażer"
Claude Cohen-Tannoudji  Franza
William Daniel Phillips  Stati Uniti
1998 Robert B. Laughlin  Stati Uniti "għall-iskoperta tagħhom ta' forma ġdida ta' fluwidu kwantistiku permezz ta' eċċitazzjonijiet iċċarġjati ftit"
Horst Ludwig Störmer  Ġermanja
Daniel Chee Tsui  Ċina
 Stati Uniti
1999 Gerardus 't Hooft  Pajjiżi l-Baxxi "għall-iċċarar tal-istruttura kwantistika tal-interazzjoni elettrodgħajfa fil-fiżika"
Martinus J. G. Veltman  Pajjiżi l-Baxxi
2000 Zhores Ivanovich Alferov  Russja "għall-iżvilupp tal-eterostrutturi tas-semikondutturi wżati fl-elettronika f'veloċijiet għolja u fl-optoelettronika"
Herbert Kroemer  Ġermanja
Jack St. Clair Kilby  Stati Uniti "għas-sehem tiegħu fl-invenzjoni taċ-ċirkwit integrat"
2001 Eric Allin Cornell  Stati Uniti "għar-realizzazzjoni tal-kondensazzjoni ta' Bose-Einstein f'gassijiet dilwiti ta' atomi alkali, u għar-riċerki fundamentali bikrin tal-proprjetatijiet tal-kondensati"
Carl Edwin Wieman  Stati Uniti
Wolfgang Ketterle  Ġermanja
2002 Raymond Davis, Jr.  Stati Uniti "għall-kontribuzzjonijiet fl-astrofiżika, partikularment għall-kxif ta' newtroni kożmiċi"
Masatoshi Koshiba  Ġappun
Riccardo Giacconi  Italja
 Stati Uniti
"għall-kontribuzzjonijiet fl-astrofiżika, li wasslu għall-iskoperta ta' sorsi kożmiċi ta' raġġi X"
2003 Alexei Alexeyevich Abrikosov  Russja
 Stati Uniti
"għall-kontribuzzjonijiet fit-teorija tas-superkondutturi u superfluwidi"
Vitaly Lazarevich Ginzburg  Russja
Anthony James Leggett  Renju Unit
 Stati Uniti
2004 David J. Gross  Stati Uniti "għall-iskoperta tal-libertà asintotika fit-teorija tal-interazzjoni qawwija"
Hugh David Politzer  Stati Uniti
Frank Wilczek  Stati Uniti
2005 Roy J. Glauber  Stati Uniti "għall-kontribuzzjoni tiegħu fit-teorija kwantistika tal-koerenza ottika"
John L. Hall  Stati Uniti "għall-kontribuzzjonijiet tagħhom fl-iżvilupp tal-ispettroskopija ta' preċiżjoni bbażata fuq il-lażer, partikularment għat-teknika tal-moxt tal-frekwenza ottika"
Theodor W. Hänsch  Ġermanja
2006 John C. Mather  Stati Uniti "għall-iskoperta tagħhom tal-anistropija tal-ġisem iswed fir-radjazjoni kożmika tal-isfond"
George F. Smoot  Stati Uniti
2007 Albert Fert  Franza "għall-iskoperta tal-manjetireżistenza ġganta"
Peter Grünberg  Ġermanja
2008 Makoto Kobayashi  Ġappun "għall-iskoperta tal-oriġini tas-simetrija mkissra li tbassar l-eżistenza ta' mill-inqas tliet familja ta' quark fin-natura"
Toshihide Maskawa  Ġappun
Yoichiro Nambu  Ġappun
 Stati Uniti
"għall-iskoperta tal-mekkaniżmu tat-tkissir spontanju tas-simetrija fil-fiżika sottoatomika"
2009 Charles K. Kao  Ħong Kong
 Renju Unit
 Stati Uniti
"għall-kisbiet li saru rigward it-trażmissjoni tad-dwal fil-fibra ottika għall-komunikazzjoni"
Willard S. Boyle  Kanada
 Stati Uniti
"għall-invenzjoni ta' ċirkwit semikonduttur għall-ġbir ta immaġini – is-sensur CCD"
George E. Smith  Stati Uniti
2010 Andre Geim  Russja
 Renju Unit
 Pajjiżi l-Baxxi
"għall-esperimenti rivoluzzjonarji dwar il-materjal bi-dimensjonali grafen"
Konstantin Novoselov  Russja
 Renju Unit
2011 Saul Perlmutter  Stati Uniti "għall-iskoperta tal-espansjoni aċċelerata tal-univers permezz tal-istudju ta' supernovas imbiegħdin"
Brian P. Schmidt  Awstralja
 Stati Uniti
Adam G. Riess  Stati Uniti
2012 Serge Haroche  Franza "għall-metodi rivoluzzjonarji li jippermettu l-miżurar tal-manipulazzjoni ta' sistemi kwantistiċi individwali"
David J. Wineland  Stati Uniti
2013 François Englert  Belġju "għall-iskoperta teoretika ta' mekkaniżu li jikkontribwixxi għall-fehim tagħna fuq l-oriġini tal-massa tal-partiċelli subatomiċi, u li riċentament ġie kkonfermat permezz tal-iskoperta tal-partiċella fundamentali mbassra, min-naħa tal-espermenti ATLAS u CMS fil-Large Hadron Collider ta' CERN
Peter Higgs  Renju Unit
2014 Isamu Akasaki  Ġappun "għall-invenzjoni tal-LED blu effiċjenti li ppermetta l-produzzjoni ta' fonti ta' dawl abjad qawwi u dak li jiffranka l-enerġija"
Hiroshi Amano  Ġappun
Shuji Nakamura  Ġappun
 Stati Uniti
2015 Takaaki Kajita  Ġappun "għall-iskoperta ta' oxxillazzjonijiet tan-newtron li juru li n-newtron għandu l-massa"
Arthur B. McDonald  Kanada
2016 David J. Thouless  Renju Unit
 Stati Uniti
"għall-iskoperti teoretiċi ta' tranżizzjonijiet ta' fażi topoloġika u fażijiet topoloġiċi tal-materja"
F. Duncan M. Haldane  Renju Unit
 Stati Uniti
John M. Kosterlitz  Renju Unit
 Stati Uniti
2017 Rainer Weiss  Ġermanja
 Stati Uniti
"għall-kontribuzzjonijiet deċiżivi għad-ditekter LIGO u l-osservazzjonijiet tal-mewġ gravitazzjonali"
Kip Thorne  Stati Uniti
Barry Barish  Stati Uniti

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]