iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.
iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.



Link to original content: https://mt.wikipedia.org/wiki/Jerzy_Grotowski
Jerzy Grotowski - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Jerzy Grotowski

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jerzy Grotowski
Ħajja
Twelid Rzeszów (en) Translate, 11 Awwissu 1933, 13 Awwissu 1933
Nazzjonalità Polonja
Franza
Residenza Pontedera (en) Translate
Mewt Pontedera (en) Translate, 14 Jannar 1999
Familja
Aħwa
Edukazzjoni
Alma mater Russian Institute of Theatre Arts (en) Translate
Stanisław Wyspiański Academy for the Dramatic Arts (en) Translate
Lingwi Pollak
Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni reġista teatrali
professur
direttur tal-films
drama teacher (en) Translate
reġista
Post tax-xogħol Wrocław
Pariġi
Pontedera (en) Translate
Impjegaturi Collège de France  (1997 -  1999)
Premjijiet
Influwenzat minn Wincenty Lutosławski (mul) Translate
Carl Jung
Constantine Stanislavsky (en) Translate
Sħubija Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi

Jerzy Marian Grotowski (pronunzja Pollakka: [ˈjɛʐɨ ˈmarjan grɔˈtɔfskʲi]; 11 ta' Awwissu 1933 - 14 ta' Jannar 1999) kien direttur u teoriku tat-teatru Pollakk li l-approċċi innovattivi tiegħu għar-reċtar, it-taħriġ u l-produzzjoni teatrali illum influwenzaw b'mod sinifikanti t-teatru. Huwa meqjus bħala wieħed mill-prattikanti tat-teatru l-aktar influwenti tas-seklu 20 kif ukoll wieħed mill-fundaturi tat-teatru sperimentali.[1][2]

Twieled fi Rzeszów, fix-Xlokk tal-Polonja, fl-1933 u studja r-reċtar u d-direzzjoni fl-Akkademja tal-Arti Drammatika Ludwik Solski fi Kraków u l-Akkademja Russa tal-Arti Teatrali f’Moska. Iddebutta bħala direttur fl-1957 fi Kraków bid-dramm ta’ Eugène Ionesco Chairs u ftit wara waqqaf teatru żgħir tal-laboratorju fl-1959 fil-belt ta’ Opole fil-Polonja. Matul is-snin sittin, l-interess fil-kumpanija dejjem beda jikber tant hu hekk li Grotowski sar magħruf b'mod internazzjonali. Hekk kif ix-xogħol tiegħu kiseb akklamazzjoni u rikonoxximent usa’, Grotowski ġie mistieden jaħdem fl-Istati Uniti u telaq mill-Polonja fl-1982. Għalkemm il-kumpanija li waqqaf fil-Polonja għalqet ftit snin wara fl-1984, huwa kompla jgħallem u jidderieġi produzzjonijiet fl-Ewropa u l-Amerika.

Madankollu, Grotowski sar dejjem aktar skomdu bl-adozzjoni u l-adattament tal-ideat u l-prattiċi tiegħu, partikolarment fl-Istati Uniti. Għalhekk, f’dak li deher li kien l-aqwa tal-profil pubbliku tiegħu, telaq mill-Amerika u mar joqgħod l-Italja fejn waqqaf il-Grotowski Workcenter fl-1985 f’Pontedera, qrib Pisa. F’dan iċ-ċentru, kompla l-esperimentazzjoni u l-prattika teatrali tiegħu, u kien hawn li kompla jidderieġi taħriġ u avvenimenti teatrali privati ​​kważi bil-moħbi għall-aħħar għoxrin sena ta’ ħajtu. Kawża tal-lewkimja u kundizzjoni tal-qalb Grotowski miet fl-1999 fid-dar tiegħu f'Pontedera.[3]

Jerzy Grotowski twieled il-11 ta' Awwissu 1933 fil-belt ta Rzeszów, Polonja. Meta l-gwerra bdiet fl-1939 missieru kellu jmur għall-gwerra; u ommu, flimkien ma ħuħ u hu stess, itrasferixxew ruħhom fir-raħal żgħir ta' 'Nienadówka. Kien ġewwa Nienadówka li ż-żagħżugħ Grotowski kellu diversi esperjenzi essenzjali li iffurmaw lilu u x-xogħol tiegħu fil-futur. Għawnhekk ommu wkoll kellha rwoll importanti bl'opinjonijiet tagħha dwar l-unità u l-komunità.

Teatru ta' Produzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Grotowski għamel id-debutt direttorjali tiegħu fl-1958 bil-produzzjoni 'l-Allat tax-Xita', li introduċiet l-approċċ inteliġenti tieghu lejn it-test, li huwa kompla jiżviluppa matul il-karriera u li nfluwenzat ħafna artisti tat-teatru. Aktar tard fl-1958 Grotowski ttrasferixxa għal Opole fejn ġie mistieden mill-kritiku teatrali u drammaturgu Ludwik Flaszen biex iservi bħala direttur tat-'Teatru tat-Tlettax il-Ringiela'. Għawnhekk huwa beda jgħaqqad kumpanija ta' atturi u kollaboraturi artistiċi biex jgħinuh jirrealizza l-viżjoni unika tiegħu. Kien ghawnhekk ukoll li huwa beda jesperimenta b'approċċi għat-taħriġ tal-attur, li ppermettilu jsawwar l-atturi żgħażagħ - inizjalment allokati fit-teatru provinċjali tiegħu - fl-artisti li huma konsegwentement saru.

Fost il-produzjonijiet numerużi li għamel, kienu: l'"orfeus" ta' Jean Cocteau, is-"Shakuntala" bbażżat fuq it-test ta' Kalidaża, id-"Dziady" ta'Adam Mickiewicz u l-"Acropolis" ta' Stanislaw Wyspiański, li ghamlu l-kumpanija teatrali tiegħu daqshekk famuża. Din ta' l-aħħar kienet l-ewwel kreazjoni artistika li tħaddem il-kunċett tat-'teatru fqir'. Fiha l-atturi (li qiegħdin jippreżentaw priġunieri f'kamp tal-konċentrament) jibnu struttura bħal krematorju madwar l-udjenza, waqt li jaġixxu u juzaw testi bbażati fuq stejjer mil-bibbja u l-mitoloġija Griega. din il-konċettwalizzazzjoni kellha risonanza partikolari fuq l'udjenzi ta' Opole, minħabba li l-kamp ta' konċentrament ta' Aushwitz kien jinsab biss sittin mil il-bogħod. "Acropolis" irċieva ħafna attenzjoni, u wieħed jista jigħd li din il-produzzjoni bdiet il-karriera ta' Grotowski b'mod internazjonali. Rikordju ċinematografiku ġie anke meħud b'introduzjoni tad-direttur britanniku: Peter Brook.

Fl-1964, Grotowski segwa b'suċċess "The Tragical History of Doctor Faustus" ibbażat fuq id-dramm Eliżabetjan ta' Christopher Marlowe, li fih ħadu sehem Zbigniew Cynkutis fl-irwol primarju. Bir-riżenja premeditata totali tal-użu tal-props, Grotowski ħalla l-atturi jirrappreżentaw l-oġġetti drammatiċi bl-użu tal-ġisem u l-vuċi, li stabilixxiet dinamika intima ta'relazzjoni bejn l-atturi u l-ispettaturi il-għaliex il-membri tal-udjenza kienu mqiegħda bħala mistiedna tal-aħħar ikla ta' Faust, b'azzjoni li qiegħda tisviluppa fuq u madwar il-mejda fejn kienu qiegħdin bilqiegħda.

Fl-1965, Grotowski mexxa l-kumpanija tiegħu f'Wrocław, u biddel l-isem ghal "Teatr Laboratorium", dan anke sabiex jevita iċ-ċensura li ħafna "teatri" meqjusa professjonali fil-Polonja kienu qiegħdin jaffaċċjaw f'dan iż-żmien. Il-ħidma kienet diġà bdiet fuq waħda mill-produzzjonijiet ċelebri tagħhom, "The Constant Prince" (ibbażata fuq traduzzjoni ta' Juliusz Słowacki tar-rappreżentazzjoni ta' Calderón). Din il-produzzjoni, li d-debutt taghha kien fil-1967, hija meqjusa minn-ħafna bħala waħda mix-xogħolijiet teatrali l-iktar importanti tas-seklu għoxrin. Ix-xogħol drammatiku ta' Ryszard Cieslak bħala l-attur primarju huwa meqjus bħala l-apoġeju tal-approċċ ta' Grotowski għar-reċtar. F'wieħed mill-kitba finali tiegħu, Grotowski iddettalja kif ħadem individwalment ma' Cieslak għal aktar minn sena biex jiżviluppa d-dettalji tal-partitura fiżika tal-attur qabel ma għaqqad dan l-element ċentrali tal-performance max-xogħol ta' atturi oħra u l-kuntest tat-tortura u l-martirju intrinsiku fid-dramm. L-influwenza internazzjonali tiegħu nissel kumpaniji oħra li għadhom jaħdmu fi Wroclaw bħall-poeta performattiv Hedwig Gorski li kien fl-udjenza, hemmhekk bħala studjuż Fulbright.

L-aħħar produzzjoni professjonali minn Grotowski bħala direttur kienet fl-1969 għandha l-isem ta' "Apocalypsis Cum Figuris". Għal darb'oħra jintużaw partijiet mill-Bibbja, din id-darba magħquda ma testi kontemporanji minn awturi bħall-T. S. Eliot u Simone Weil. Din il-produzzjoni hija meqjusa minn membri tal-kumpanija bħala eżempju ta' "atti totali" ta' grupp. Il-proċess teatrali ta' Apocalypsis ħa aktar minn tliet snin, fejn bdiet bħala rappreżentazzjoni ta' Samuel Zborowski ta' Słowacki u tgħaddi minn stadju separat ta' żvilupp bħala rappreżentazzjoni tal-Evangelji, Ewangelie (elaborat bħala performance kompluta, għalkemm ma ġewx ippreżentati lill-udjenza) qabel ma waslu għal forma finali. Matul dan il-proċess, wieħed jista' josserva kif Grotowski kien diga' beda jabbanduna l-konvenzjonijiet tal-teatru tradizzjonali, fejn beda jaħdem sabiex ikisser il-limiti ta' dak li wara sejjaħ "l-arti bħala preżentazzjoni".

Grotowski rrivoluzzjona t-teatru, u flimkien mal-ewwel apprentista tiegħu Eugenio Barba, il-lider u il-fondatur ta' Odin Teatret, huwa kkunsidrat bħala l-missier tat-teatru sperimentali kontemporanju. Barba kien ta' importanza essenzjali ghax wassal ix-xogħol ta' Grotowski barra il-konfini Russi. Barba infatti kien l-editur tal-ktieb seminali "lejn teatru fqir" (1968), li Grotowski kien kitbu flimkien ma' Ludwik Flaszen, fejn huwa jiddikjara li t-teatru ma għandux, għax ma jistax, jikkompeti kontra l-spettaklu kbir tal-film iżda għandu jikkonċentra minflok fuq l-għerq stess tal-att tat-teatru: atturi li jikkokreaw l-avveniment tat-teatru mal-ispettaturi.

It-teatru – permezz tat-teknika tal-attur, l-arti tiegħu li fiha l-organiżmu ħaj jistinka għal motivi ogħla – jipprovdi opportunità għal dik li tista’ tissejjaħ integrazzjoni, ir-rimi tal-maskri, l-iżvelar tas-sustanza reali: totalità ta’ reazzjonijiet fiżiċi u mentali. Din l-opportunità trid tiġi ttrattata b’mod dixxiplinat, b’għarfien sħiħ tar-responsabbiltajiet li tinvolvi. Hawnhekk nistgħu naraw il-funzjoni terapewtika tat-teatru għan-nies fiċ-ċiviltà preżenti tagħna. Huwa veru li l-attur iwettaq dan l-att, iżda jista 'jagħmel dan biss permezz tal-inkontru mal-ispettatur - intimament, viżibbilment, ma jaħbix wara cameraman, mistress tal-wardrobe, disinjatur tal-palk jew persuna tal-make-up - f'konfront dirett miegħu, u b'xi mod "minflok" huwa/hija. L-att tal-attur – li jarmi n-nofs miżuri, li jikxef, jiftaħ, joħroġ minnu nnifsu minflok jagħlaq – huwa stedina għall-ispettatur. Dan l-att jista’ jitqabbel ma’ att tal-imħabba ġenwina mill-aktar profonda bejn żewġ bnedmin – dan huwa biss paragun peress li nistgħu nirreferu għal dan il-“ħruġ minnu nnifsu” biss permezz ta’ analoġija. Dan l-att, paradossali u borderline, insejħulu att totali. Fl-opinjoni tagħna tixbiha l-iktar sejħa profonda tal-attur.[4]

  1. ^ BACKSTAGE STAFF (MARCH 15, 2022). "Guide to the Jerzy Grotowski Technique". https://www.backstage.com/magazine/article/guide-to-the-jerzy-grotowski-technique-74788/. Arkivjat mill-oriġinal fl-April 15, 2023. Miġbur August 23, 2023. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna); Ħolqa esterna f'|sit= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Jerzy Grotowski, 1933-1999 | Total Theatre Magazine Print Archive". totaltheatre.org.uk. Miġbur 2023-08-23.
  3. ^ "Jerzy Grotowski: 'Eccentric genius' who reinvented theatre". www.thefirstnews.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-23.
  4. ^ Jerzy, Grotowski ((19 June 2004).). ""Source Material on Jerzy Grotowski's Statement of Principles" Owen Daly". http://owendaly.com/jeff/grotows2.htm. Miġbur Retrieved 2008-09-18.. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= u |data= (għajnuna); Ħolqa esterna f'|sit= (għajnuna)