iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.
iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.



Link to original content: https://mt.wikipedia.org/wiki/Għoti_tal-penalties
Għoti tal-penalties - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Għoti tal-penalties

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

L-għoti tal-penalties huwa metodu li xi kultant hu wżat biex jiddeċiedi liema tim ikompli għall-fażi li jmiss ta' kampjonat (jew jekk jirbaħx il-kampjonat) wara pari f'partita tal-futbol. L-għoti tal-penalties huma mmexxija minn ċerti regoli, li huma parti mil-logħob normali matul il-partita.

Ħarsa ġenerali

[immodifika | immodifika s-sors]

L-għoti tal-penalties ma jimxux skond il-liġijiet tal-penalties. Madanakollu, huma jsegwu l-istess proċedura tal-penalties u huma magħrufin aħjar bħala sempliċiment "penalties". Matul l-għoti tal-penalties, il-plejers, minbarra dak li jkun se jesegwixxi l-penalty u l-gowler tad-difiża, iridu jibqgħu fiċ-ċirku tan-nofs.

Il-gowls skurjati matul l-għoti tal-penalties mhumiex inklużi fl-iskor finali, u lanqas m'huma nklużi fir-rekords tal-gowls tal-plejers inklużi. Ġeneralment, dan il-metodu hu wżat f'kampjonat li jkollu bażi eliminatorja (kif inhu oppost għal logħob tal-kampjonati nazzjonali), biex jiddeċiedi minn se jkompli fil-fażi ta' wara, jew minn se jirbaħha. Is-soltu, qabel l-għoti tal-penalties ikun hemm il-ħin supplementari. Madankollu, il-Copa Libertadores kellha l-għoti tal-penalties immedjatament wara t-tmiem tat-tieni partita ta' żewġ legs, jekk l-iskor aggregat jispiċċa pari, mingħajr l-ebda ħin supplementari li jintlagħab. Mill-2005, din tieħu post jekk ma jkunx hemm rebbieħ fuq ir-regola tal-gowls barra mid-dar. Lejn tmiem is-snin tmenin, numru ta' kampjonati nazzjonali tal-futbol Ewropej, fosthom l-Ungerija, il-Jugożlavja u n-Norveġja, esperimentaw bl-għoti tal-penalties immedjatament wara partiti li jispiċċaw pari, bir-rebbieħ jikseb punt aktar mit-tellief. Din kienet mal-ewwel abbandunata. Fl-Istati Uniti, il-Major League Soccer fil-bidu kellha wkoll l-għoti tal-penalties wara t-tmiem tal-partita, anki matul partiti tal-kampjonat nazzjonali. Similarment il-J. League tal-Ġappun użaw dan il-metodu wara partiti li kienu jispiċċaw biex jiddertimaw ir-rebbieħ meta l-kampjonat beda. Din kienet ukoll abbandunata.

Dan hu sommarju ta' kif isiru l-għoti tal-penalties:

  • L-ewwel skwadra li tkun se tagħti l-penalty tkun deċiża minn munita, waqt li r-referì jagħżel il-lasta fejn ikunu sejrin isiru l-penalties miż-żewġ timijiet.
  • Il-plejers kollha, minn barra l-gowler u l-plejer li jkun se jixxutja, iridu jkunu fiċ-ċirku ta' nofs il-grawnd.
  • L-għoti tal-penalty isir l-istess bħal penalty normali. Għal kull xutt il-ballun ikun pożizzjonat fuq iċ-ċirku tal-kaxxa (marka tal-penalty), u l-gowler biss jista' jiddefendi l-lasta. Il-gowler irid jibqa' fuq il-linja tal-lasta sakemm il-ballun ma jkunx ixxutjat mill-plejer oppost. Jekk il-gowler javanza b'antiċipu u jsalva l-gowl, ir-referì jista' jġiegħel biex il-penalty ikun ripetut.
  • Kull plejer jista' jixxutja darba biss. Jekk ix-xutt jiġi salvat mill-gowler imma dan ta' l-aħħar ma jkunx żamm il-ballun f'idejh, il-plejer xorta waħda ma jistax jixxutja fiċ-ċans li jsegwi. L-istess ukoll isir jekk il-ballun jaħbat mal-lasta l-wieqfa jew mal-mimduda.
  • It-timijiet jalternaw bejn xutt u ieħor sakemm ikunu waslu sal-ħames penalty. Madankollu, jekk tim ikun skorja aktar penalties mit-tim l-ieħor, u ma jkun hemm l-ebda possibilità li jintlaħaq, l-għoti tal-penalties jieqfu b'antiċipu.
  • Jekk fit-tmiem ta' l-10 penalties (5 penalties għal kull tim) iż-żewġ timijiet ikunu skurjaw l-istess numru ta' gowls, l-għoti tal-penalties jibqa' jsir sakemm xi tim jiskorja u l-ieħor jiżbalja.
  • Il-plejers li jkunu fil-grawnd biss fl-aħħar tal-partita jistgħu jagħtu l-penalties. Sostituzzjoni tista' issir jekk gowler minnhom ikun weġġa' matul l-għoti tal-penalties, u din is-sostituzzjoni issir jekk in-numru massimu ta' sostituzzjonijiet li huma permessi fil-kompetizzjonijiet ma jkunux għadhom intlaħqu.
  • L-ebda plejer ma jista' jagħti t-tieni penalty sakemm sħabu tat-tim tiegħu kollha li kienu fil-grawnd sa tmiem il-partita u ma kinux imkeċċijin ikunu għadhom ma tawx (il-gowler inkluż).

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]