iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.
iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.



Link to original content: https://mt.wikipedia.org/wiki/Blogg
Blogg - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Blogg

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-fenomenu tal-hekk imsejħa bloggs (blogs bl-Ingliż) huwa pjuttost riċenti, fejn dan il-mezz ta' komunikazzjoni qed jiġi kkunsidrat minn ħafna bħala s-soluzzjoni għall-vojt li tħalli l-medja tradizzjonali. Il-blogg innifsu m'huwa xejn ħlief tip ta' sit f'format ta' ġurnal/djarju, fejn l-aħħar kitbiet jidhru fil-quċċata filwaqt li dawk iktar antiki jiġu arkivjati. Il-fenomenu tal-bloggs jaf l-għeruq tiegħu l-Amerika, fejn ħa spinta partikolari fl-aħħar elezzjonijiet presidenzjali Amerikani meta delegazzjoni ta' bloggers kienet mistiedna ssegwi mill-viċin l-andament tal-kampanja elettorali.

Il-blogg jikkonsisti f'serje ta' kitbiet, magħrufa ahjar bħala posts, li jikteb perjodikament l-awtur. Ħafna mill-bloggs jippermettu li l-qarrejja jħallu l-kummenti tagħhom u jirreaġixxu għal dak li ntqal fil-kitba oriġinali. Hija użanza popolari ħafna wkoll li diversi kitbiet jiġu kkwotati fil-bloggs tal-qarrejja nnifishom, biex b'hekk jagħmlu l-kummentarju fil-bloggs rispettivi tagħhom minflok ma jħallu l-kumment fil-blogg fejn ġiet diskussa t-tema partikolari l-ewwel darba.

Blogg ħafna drabi jinkludi wkoll lista ta' bloggs oħrajn li l-awtur iħobb jaqra (magħrufa bħala blogroll) u wkoll, generalment, xi informazzjoni dwar l-awtur nnifsu li tinstab fil-profil tiegħu.

Jeżistu primarjament żewġ tipi ta' bloggs: dawk b'kontenut simili għal djarju fejn l-awtur (magħruf aħjar bħala "il-blogger") jikteb dwar ħajtu, kif ukoll dawk il-bloggs fejn l-awtur jikteb dwar temi u suġġetti partikolari, fosthom il-politika.

Is-suċċess preżenti tal-bloggs jaf il-bidu tiegħu bil-furur li kien hawn internazzjonalment fl-2004 (fejn fiha l-espansjoni tal-bloggosfera kienet waħda mir-revelazzjonijiet tas-sena), għalkemm lokalment din l-isplużjoni ta' popolarita' saret notevoli aktar tard fl-ewwel ftit xhur tal-2005. Il-bloggosfera Maltija bdiet tikber bilmod il-mod hekk kif ħafna Maltin bdew joħolqu l-blogg tagħhom. Waħda mill-kawżiet ta' dan kien blogg ġdid bl-isem ta' "Wired Temples", miktub minn Robert Micallef, fejn fih l-awtur jagħmel sforz sabiex jiskopri u jikteb dwar bloggs ġodda fil-bloggosfera lokali.

Hemm ħafna diskussjonijiet għaddejjin fuq l-etika u d-drittijiet tal-bloggers, li huma magħrufa li ma tantx jaħsbuha darbtejn qabel jgħidu dak li jħossu. Parzjalment, dan iseħħ minħabba l-liberta' li l-internet jippermetti, kif ukoll minħabba l-fatt li s-sid tal-blogg ikun qed jikteb liberament mill-pożizzjoni tiegħu, għall-kuntlarju tal-ġurnalisti li jkunu qegħdin jiktbu f'isem aġenzija tal-medja tradizzjonali u allura jkunu obbligati li josservaw ċertu etika. Blogger, mill-banda l-oħra, għandu l-liberta' li jaffronta kwalunkwe tema bi kliem iċ-ċittadin fit-triq, ħafna drabi mingħajr ir-restrizzjoni tal-korrettezza politika li ġurnalist għandu d-dmir li josserva.

It-teknoloġija tal-bloggs imxiet ħafna 'l quddiem, u wieħed ma jridx iħalli barra teknoloġiji relatati li jimxu id f'id mal-bloggs, fosthom l-RSS. Il-fenomenu tal-bloggs qajjem ukoll kuxjenza dwar aspetti ohra tal-internet, fosthom ċertu standard ta' kumpatibbilita' bejn is-siti. Wieħed hawnhekk isemmi l-importanza tal-XHTML. Ħafna bloggs saru b'hekk il-kanvas artistiku għal xi bloggers li jehdew japplikaw il-kreattivita' tagħhom sabiex jikkreaw diżinji u formati personalizzati għall-bloggs tagħhom, billi jużaw l-imsemmija standards ġodda.

Servizzi u Sistemi

[immodifika | immodifika s-sors]

Siti li jipprovdu s-servizz ta' bloggs b'xejn

[immodifika | immodifika s-sors]

Glussarju u referenza għal diversi sistemi u servizzi ta' bloggs

[immodifika | immodifika s-sors]

Bloggs Maltin

[immodifika | immodifika s-sors]

Indiċi ta' bloggs:

[immodifika | immodifika s-sors]


Għażla ta' Bloggs bil-Malti:

[immodifika | immodifika s-sors]


Għażla ta' Bloggs bl-Ingliż:

[immodifika | immodifika s-sors]
  • J'Accuse — Blogg aġġornat kuljum minn Dr Jacques René Zammit. Jittratta diversi temi politiċi, attwali u wkoll ta' nostalġija.
  • Toni Sant — Il-blogg ta' Dr. Toni Sant li jista' jiġi kkunsidrat bħala wiehed mill-pijunieri tal-bloggs fix-xena lokali.
  • Lost in Thought — Dan il-blogg miżmum minn Sharon Spiteri, ko-fundatriċi ta' Tabellina, inbeda f'Ottubru 2003 f'Cardiff ġewwa Wales bħala esperiment fuq l-effett li jħalli l-idea ta' qarrej anonimu/fittizju fuq il-kittieb anonimu. F'Jannar 2005 ħa l-forma preżenti fejn fil-parti l-kbira tieghu sar janalizza elementi tas-soċjeta' kontemporanja Maltija.
  • dmax — Miktub minn Ray de Bono, dan il-blogg jittratta aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti, u jħeġġeġ nies (kemm Maltin u barranin) b'opinjonijiet diversi sabiex jesprimu l-ideat tagħhom liberament fir-rigward tat-temi ttrattati.

Blogger Templates

[immodifika | immodifika s-sors]