Arġentier
Arġentier huwa ħaddiem tal-metall li jaħdem l-oġġetti mill-fidda. It-terminu “arġentier” jintuża spiss bħala sinonimu għall-ħaddiema li jaħdmu l-oġġetti mid-deheb peress li t-tekniki, it-taħriġ, l-istorja u x-xirkiet tagħhom huma simili għal dawk tal-arġentier (tal-fidda), għalkemm il-prodott aħħari mhuwiex l-istess, tant li spiss dan jiġi speċifikat, eż. arġentier (tad-deheb).
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-Lvant Qarib tal-qedem, peress li l-valur tal-fidda meta mqabbel mad-deheb kien inferjuri, l-arġentiera setgħu jipproduċu l-oġġetti u jaħżnuhom bħala stokk. Ogden jiddikjara li skont editt miktub minn Djoklezjanu fit-301 W.K., arġentier seta' jimponi miżata ta' 75, 100, 150, 200, 250, jew 300 denari għall-materjal (għal kull libbra Rumana). Dak iż-żmien, ix-xirkiet tal-arġentiera kienu jinġabru għall-arbitraġġ tat-tilwim, jipproteġu l-benesseri tal-membri u jedukaw lill-pubbliku tas-sengħa.[1]
L-arġentiera fl-Ewropa u fl-Ingilterra Medjevali kienu jiffurmaw xirkiet u kienu jgħaddu l-għodod u t-tekniki tagħhom lil ġenerazzjonijiet ġodda permezz tat-tradizzjoni tal-apprendistati. Ix-xirkiet tax-xogħol fil-fidda spiss kienu jżommu mal-konsistenza u mal-istandards għas-skapitu tal-innovazzjoni. Mill-bidu tas-seklu 17, l-artiġjani emigraw lejn l-Amerka u esperjenzaw inqas restrizzjonijiet. B'riżultat ta' dan, ix-xogħol fil-fidda kien wieħed mis-snajja' li għenu biex jinawguraw l-istorja teknoloġika u industrijali tal-bidla fl-Istati Uniti mix-xogħol fil-fidda għall-industrijalizzazzjoni.
Diversi oġġetti tal-fidda mill-ifjen u b'disinn mill-isbaħ, magħrufa bħala l-Fidda ta' Swami, ġew prodotti mill-istalla tal-arloġġara li saru arġentiera P Orr and Sons fil-belt ta' Madras (issa Chennai) fin-Nofsinhar tal-Indja matul it-tmexxija Brittanika fl-1875.
Il-Beta Israel, magħrufa iktar bħala l-Falasha tal-Etjopja, kienu magħrufa għall-ħiliet tagħhom fix-xogħol bil-fidda.
Għodod, materjali u tekniki
[immodifika | immodifika s-sors]- sega (sega tal-ġojjelliera)
- imqass
- lima ċatta
- lima tal-ġojjelliera
- martell li jintuża bħala varloppa
- martell għall-olzar
- martell b'għamla ta' salib
- martell b'ras b'għamla ta' boċċa
- inkwina
- lasti
- blokok bil-forom
- imsiemer irbattuti (bl-Ingliż: rivets)
- stann tal-fidda
- fluss; sustanza li sservi biex il-metalli jagħqdu flimkien
- borat
- aċidu boriku
- torċa
- aċidu tal-kubrit dilwit jew aċidi organiċi li jintużaw għat-tneħħija tat-tebgħat mill-fidda[3]
- roti tal-ibbuffjar
- komposti għall-illostrar
- ċiżellatur
- inċiżur
- intaljatur
L-arġentiera jissegaw jew jaqtgħu għamliet speċifiċi minn folji jew minn vireg tal-fidda pura u fina. Imbagħad jużaw l-imrietel biex jagħtu forma lill-metall fuq l-inkwina u fuq lasti. Il-fidda tingħata l-forma bl-imrietel meta tkun kiesħa (temperatura ambjentali). Meta l-metall jingħata l-forma bl-imrietel, jiġi mgħawweġ, u jinħadem, imbagħad jitħalla jibbies. Ir-rikottura hija t-trattament bis-sħana li jintuża biex il-metall jerġa' jirtab. Jekk il-metall jitħalla jibbies, u ma jsirlux trattament tar-rikottura minn żmien għal żmien, il-metall jibda jipproduċi x-xquq u x-xogħol jiddgħajjef.
L-arġentiera jistgħu jużaw tekniki tal-ikkastjar (u tal-għoti tal-forma) biex joħolqu pumijiet, manki u saqajn għall-oġġetti li jkunu qed jipproduċu.
Wara l-għoti tal-forma u l-ikkastjar, id-diversi biċċiet jistgħu jiġu assemblati bl-imsiemer irbattuti jew bl-issaldjar.
Matul il-biċċa l-kbira tal-istorja tagħhom, l-arġentiera użaw forġa li kienet taħdem bil-karbonju jew bil-kokk, u pajpijiet tal-infiħ għall-issaldjar u għar-rikottura. L-arġentiera moderni s-soltu jużaw torċa bil-gass bħala sorsi tas-sħana. Metodu iktar ġdid huwa l-iwweldjar bir-raġġi tal-laser.
L-arġentiera jistgħu jaħdmu ukoll bir-ram u bir-ram isfar, speċjalment meta jipproduċu biċċiet biex jipprattikaw, ladarba dawk il-materjali għandhom proprjetajiet simili biex jinħadmu u jiswew ferm inqas mill-fidda.
Kummerċ simili u relatat
[immodifika | immodifika s-sors]Għalkemm il-ġojjelliera jaħdmu wkoll il-fidda u d-deheb, u bosta tekniki li jintużaw biex jinħadmu l-metalli prezzjużi huma simili, is-snajja' tal-ġojjelliera u tal-arġentiera għandhom storja distinta. Il-produzzjoni ta' ktajjeb u l-ingastar tal-ħaġar prezzjuż huma prattiki komuni tal-ġojjelliera li s-soltu ma jiġux ikkunsidrati bħala parti mix-xogħol tal-arġentiera.
It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-armaturi (tal-ħadid/tal-pjanċi) ġiet interrotta għal xi żmioen wara s-seklu 17. Ix-xogħol tal-arġentiera tal-fidda u tal-arġentiera tad-deheb, b'kuntrast ma' dan, għandhom tradizzjoni kostanti li tmur lura millenji sħaħ. It-tekniki li jintużaw għall-produzzjoni tal-armaturi llum (kemm jekk għall-films jew għal gruppi li jwettqu rikostruzzjonijiet storiċi) huma amalgamazzjoni tat-tekniki tal-għoti tal-forom tal-arġentiera u tat-tekniki tal-għoti tal-forom u taż-żamma tal-ħadid mill-ħaddieda.
Arġentiera notevoli u storiċi
[immodifika | immodifika s-sors]- Kumpaniji
- Garrard & Co*
- Reid & Sons**
- Nies
- Agostino Matrenza, arġentier Malti u wieħed mill-fundaturi tal-Partit Laburista[4][5]
- Acragas
- Kurt Aepli
- Hester Bateman
- Jocelyn Burton
- Benvenuto Cellini
- Stephen Emery, arġentier Amerikan bikri
- Thomas Germain
- François-Thomas Germain
- John Hull - it-Teżorier tal-Massachusetts Bay Colony
- Isaac Hutton
- Georg Jensen
- Sampson Mordan
- Jean-Valentin Morel, ġojjellier u ħaddiem tas-sengħa Franċiż
- Henry Petzal
- Paul Revere, arġentier, manifattur u patrijott Amerikan
- Atsidi Sani, l-ewwel arġentier magħruf ta' Navajo
- Alfredo Sciarrotta
- Sequoyah, arġentier ta' Cherokee, inventur tas-sillabarju ta' Cherokee
- Alice Sheene
- Robert Welch
- Edward Winlsow, arġentier Amerikan bikri
* Garrad & Co. ġiet stabbilita minn George Wickes f'Londra fl-1722 u għadha qed topera.
** Reid & Sons ġiet stabbilita fl-1788 f'Newcastle u għadha qed topera.
Ara ukoll
[immodifika | immodifika s-sors]Noti
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Ogden, Jack (1992-01-01). Ancient Jewellery (bl-Ingliż). University of California Press.
- ^ "Silver sarcophagus of Saint Stanislaus by Peter von der Rennen in Gdańsk and Jakob Jäger I (or II) in Augsburg, 1669-1671, …". Pinterest (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-08.
- ^ Brain, Charles. "Pickling notes" (bl-Ingliż). The Ganoskin Project.
- ^ "In-neputi ta' wieħed mill-fundaturi tal-Partit Laburista jirrakkonta l-mitt sena tal-istess partit mil-lenti tiegħu u ta' zijuh" (bil-Malti). 2020-12-30. Miġbur 2021-07-08.
- ^ Aloisio, R. "F'għeluq il-100 sena mit-twaqqif tal-Camera del Lavoro" (PDF). It-Torċa. pp. 26–27.