Il-pijunieri
Il-mexxejja viżjonarji li ġejjin ispiraw il-ħolqien tal-Unjoni Ewropea li ngħixu fiha llum. Mingħajr l-enerġija u l-motivazzjoni tagħhom, ma konniex inkunu qegħdin ngħixu fl-isfera ta' paċi u stabbiltà li nieħdu bħala sine qua non.
Minn ġellieda tar-reżistenza sa avukati u membri tal-parlament, il-pijunieri tal-UE kienu grupp varjat bl-istess ideali: Ewropa magħquda fil-ġid u l-paċi.
Barra l-pijunieri deskritti hawn taħt, ħafna oħrajn ħadmu bla heda u ispiraw il-proġett Ewropew. Għalhekk, din it-taqsima dwar il-pijunieri hija xogħol li għadu għaddej.
- 1945-59Il-paċi fl-Ewropa u l-bidu tal-kooperazzjoni
Kif il-kooperazzjoni ta’ wara l-gwerra fl-Ewropa wasslet għall-ħolqien tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, l-iffirmar tat-Trattati ta’ Ruma u t-twelid tal-Parlament Ewropew.
- 1960-69Dan huwa żmien ta’ tkabbir ekonomiku magħruf bħala “The Swinging Sixties”
Kif l-Unjoni Ewropea żviluppat matul is-snin 60, b’aktar integrazzjoni ekonomika fl-Ewropa u l-bidu tal-kooperazzjoni internazzjonali.
- 1970-79Komunità li qed tikber - jissieħbu l-ewwel membri ġodda: Id-Danimarka, l-Irlanda r-Renju Unit
Kif żviluppat l-Unjoni Ewropea fis-snin 70, bl-ewwel żieda ta’ membri ġodda, l-elezzjonijiet Ewropej u politika reġjonali biex tingħata spinta lill-ifqar żoni.
- 1980-89Wiċċ l-Ewropa li qed jinbidel - il-kollass tal-komuniżmu
Kif l-Unjoni Ewropea żviluppat fis-snin 80 bis-sħubija ta' aktar pajjiżi, il-programm Erasmus u l-bidu tas-suq uniku.
- 1990-99Ewropa mingħajr fruntieri
Kif żviluppat l-Unjoni Ewropea fis-snin 90, b’aktar espansjoni, u t-tnedija tas-suq uniku, l-ivvjaġġar mingħajr fruntieri u l-ewro.
- 2000-09Aktar espansjoni
Kif żviluppat l-Unjoni Ewropea mill-2000 sal-2009 bis-sħubija ta 12-il pajjiż ġdid, l-ewro li jsir valuta legali u l-iffirmar tat-Trattat ta’ Lisbona.
- 2010-19Deċennju ta’ sfida
Kif żviluppat l-Unjoni Ewropea mill-2010 sal-2019, b’reazzjoni għall-kriżi finanzjarja, il-Kroazja tissieħeb fl-UE, u r-Renju Unit jivvota biex joħroġ.
- 2020-illumUE magħquda u reżiljenti
Kif żviluppat l-Unjoni Ewropea mill-2020, b’reazzjoni għal sfidi bla preċedent bħall-pandemija tal-COVID-19, il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.