iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.
iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.



Link to original content: https://commission.europa.eu/about-european-commission_mt
Dwar il-Kummissjoni Ewropea - Il-Kummissjoni Ewropea Mur għall-kontenut ewlieni

Dwar il-Kummissjoni Ewropea

Tgħallem dwar ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea biex tinstiga u timplimenta l-politiki tal-UE. 

1 of 1

Rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Kif inhi organizzata l-Kummissjoni Ewropea

Tmexxija politika

Kulleġġ ta’ 27 Kummissarju, immexxi mill-President tal-Kummissjoni, jiddirieġi l-ħidma tal-Kummissjoni. Il-Kummissarji jaħdmu fuq prijoritajiet politiċi speċifiċi li huma stabbiliti mill-President tal-Kummissjoni.

Aqra l-istorja viżiva tagħna: Kif jiġu eletti u maħtura l-mexxejja tal-UE

Dipartimenti u aġenziji eżekuttivi

Il-Kummissjoni hi organizzata:

  • F’dipartimenti ta’ politika, magħrufin bħala Direttorati Ġenerali, responsabbli għal oqsma ta’ politika differenti. Huma jiżviluppaw, jimplimentaw u jimmaniġġjaw il-politika, il-liġi u l-programmi ta' finanzjament tal-UE.
  • Barra minn hekk, id-dipartimenti ta' servizz jittrattaw kwistjonijiet amministrattivi partikulari.
  • L-aġenziji eżekuttivi jimmaniġġjaw programmi stabbiliti mill-Kummissjoni.

Lista ta’ dipartimenti u aġenziji eżekuttivi

Uffiċċji tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni Ewropea hi preżenti f’kull Stat Membru b’mill-anqas uffiċċju ta’ rappreżentanza wieħed inkarigat mill-komunikazzjoni u l-informazzjoni fil-livell lokali.

L-uffiċċji barra l-UE, magħrufin bħala Delegazzjonijiet tal-UE, huma mmaniġġjati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Huma jgħinu kemm fil-promozzjoni tal-interessi u tal-politiki tal-UE kif ukoll iwettqu varjetà ta' programmi ta' assistenza.

Standards u prinċipji tas-servizzi

Ċerti prinċipji jiggwidaw lill-Kummissjoni f'xogħolha: it-trasparenza, l-imġiba etika, l-opportunitajiet indaqs, il-multilingwiżmu, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali u l-impatt ambjentali. 

Konsultazzjonijiet, reġistri tat-trasparenza, aċċess għad-dokumenti, u benefiċjarji tal-finanzjament tal-UE

L-użu tal-lingwi fl-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku u l-interazzjoni miegħu

Il-Kummissjoni bħala impjegatur

Il-Kummissjoni taħdem kontinwament biex toffri lill-istaff tagħha post tax-xogħol u karrieri moderni, u biex tattira u żżomm l-aħjar talent fil-pajjiżi kollha tal-UE. In-nies li jaħdmu fil-Kummissjoni Ewropea jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa u jeħtieġ li jkollhom prestazzjoni fl-ogħla livell fl-interess tal-Ewropej kollha.

Ċifri ewlenin dwar l-istaff tal-Kummissjoni

Links relatati

Modi kif ninvolvu ruħna fil-ħidma tagħna, mill-parteċipazzjoni fit-tfassil tal-politika għall-applikazzjoni għall-finanzjament tal-UE

Għandek mistoqsijiet għall-Kummissjoni jew dwarha? Din hija l-informazzjoni ta’ kuntatt tagħna