iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.
iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.



Link to original content: http://mt.wikipedia.org/wiki/Tibdil_fil-klima
Tibdil fil-klima - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Tibdil fil-klima

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-temperaturi medji globali mill-2010 sal-2019 meta mqabbla mal-medja tal-linja bażi mill-1951 sal-1978. Sors: NASA Goddard Institute for Space Studies

Il-bidliet attwali fil-klima tal-pjaneta qed jittrasformaw id-dinja. L-aħħar żewġ deċennji inkludew 18 mill-aktar snin sħan iddokumentati, u avvenimenti ta' temp estrem, bħal nirien fil-foresti, mewġiet ta' sħana u għargħar, qed isiru aktar frekwenti kemm fl-Ewropa kif ukoll bnadi oħra. [1]

Ix-xjentisti jwissu li mingħajr azzjoni urġenti, it-tisħin globali x'aktarx ser jaqbeż iż-2°C aktar mil-livelli preindustrijali sal-2060, u saħansitra jista' jkun ukoll daqs 5°C sa tmiem is-seklu.

Tali żieda fit-temperatura globali ser ikollha impatt devastanti fuq in-natura, li jwassal għal bidliet irriversibbli f'ħafna ekosistemi bil-konsegwenza ta' telf ta' bijodiversità. Temperaturi ogħla u avvenimenti meteoroloġiċi aktar intensi ser jirriżultaw ukoll fi spejjeż kbar għall-ekonomija tal-UE u ser ixekklu l-kapaċità tal-pajjiżi li jipproduċu l-ikel.

It-tibdil fil-klima huwa sfida globali li teħtieġ rispons globali. L-UE hija determinata li tgħin biex iżżid l-ambizzjoni globali u qed tmexxi bl-eżempju.

L-UE hija waħda mill-firmatarji tal-Ftehim ta' Pariġi, li għandu l-għan li jillimita t-tisħin globali għal ferm inqas minn 2°C u li jkompli bl-isforzi biex jillimitah għal 1.5°C.

Il-pajjiżi tal-UE approvaw l-objettiv li tintlaħaq newtralità klimatika sal-2050, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi.

Ir-risposta tal-UE għat-tibdil fil-klima

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UE stabbiliet miżuri u għanijiet ambizzjużi biex tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta' gass serra. Għamlet hekk billi ddefiniet miri ta' emissjonijiet għal setturi ewlenin tal-ekonomija tagħha.

L-għanijiet tal-2020

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel pakkett tal-UE ta' miżuri għall-klima u l-enerġija ġie adottat fl-2008 u jistabbilixxi miri għall-2020. Dawn huma:

  • it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass serra b'20% (meta mqabbla mal-1990)
  • żieda tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli għal 20%
  • titjib ta' 20% fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-UE żviluppat, u wara rriformat, l-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (ETS) li għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gass serra b'mod partikolari mill-industriji li jużaw ħafna enerġija u l-impjanti tal-enerġija. Fis-setturi tal-bini, tat-trasport u tal-agrikoltura, ġew stabbiliti miri nazzjonali tal-emissjonijiet, bħala parti mir-regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi.

L-UE diġà qed tmur lil hinn minn dawn il-miri. Sal-2018, l-emissjonijiet ta' gassijiet serra kienu tnaqqsu bi 23%, jiġifieri tliet punti perċentwali ogħla mill-mira inizjali ta' 20%.

L-għanijiet tal-2030

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2014, intlaħaq qbil dwar il-qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030 b'ġabra saħansitra aktar ambizzjuża ta' miri għall-perjodu 2021–2030. Permezz ta' dawn il-miri, l-UE hija impenjata li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta' gass serra b'mill-inqas 40 % sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

Il-qafas fih politiki u għanijiet biex l-ekonomija u s-sistema tal-enerġija tal-UE jsiru aktar kompetittivi, siguri u sostenibbli. L-UE rriformat ukoll l-ETS, adottat regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar, u ddikjarat il-ħtieġa għal pjanijiet għall-klima u l-enerġija u strateġiji fit-tul nazzjonali.

Azzjonijiet ta' politika reċenti

[immodifika | immodifika s-sors]

Wara li ntlaħaq qbil dwar il-miri, l-UE daħħlet fis-seħħ azzjonijiet u miżuri li għandhom l-għan li jiżguraw li l-miri jintlaħqu. Dawn huma wħud mill-aktar atti leġislattivi reċenti.

Ekonomija ċirkolari

[immodifika | immodifika s-sors]

Għaliex neħtieġu ekonomija ċirkolari? Għall-kuntrarju ta' mudell ekonomiku tradizzjonali li ma jittrattax l-iskart u r-riżorsi limitati, ekonomija ċirkolari għandha l-għan tat-tkabbir sostenibbli, it-tnaqqis tal-iskart u ż-żamma tal-valur tal-materjali.

F'Mejju 2019, l-UE adottat projbizzjoni fuq oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss. B'din il-projbizzjoni, l-UE stabbiliet regoli aktar stretti għal dawk it-tipi ta' prodotti u imballaġġ li huma fost l-għaxar oġġetti li jinstabu l-aktar sikwit iniġġsu x-xtajtiet Ewropej. Ir-regoli l-ġodda jipprojbixxu l-użu ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintremew u li għalihom jeżistu alternattivi.

F'Mejju 2018, l-UE ddeċidiet dwar regoli ġodda għall-ġestjoni tal-iskart u stabbiliet miri għar-riċiklaġġ li jorbtu legalment. Dawn il-miri jikkonċernaw l-iskart muniċipali, ir-riċiklaġġ tal-materjali tal-imballaġġ, kif ukoll il-landfills.

Emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport

[immodifika | immodifika s-sors]

F'April 2019, ġew deċiżi limiti ta' emissjonijiet aktar stretti għall-karozzi u l-vannijiet biex jiġi żgurat li mill‑2030 'il quddiem il‑karozzi ġodda jarmu medja ta' 37.5 % inqas CO<>2 u l‑vannijiet ġodda jarmu medja ta' 31 % inqas CO<>2 meta mqabbla mal‑livelli tal‑2021. Bejn l‑2025 u l‑2029, kemm il‑karozzi kif ukoll il‑vannijiet ser ikollhom jarmu medja ta' 15% inqas CO<>2.

Il-Kunsill approva standards ta' emissjonijiet ta' CO2 aktar stretti għall‑karozzi u l‑vannijiet (stqarrija għall-istampa, 15 ta' April 2019) F'Ġunju 2019 ġew adottati limiti għal trakkijiet u vetturi tqal oħrajn. Ir-regoli l-ġodda ser jirrikjedu li l-manifatturi jnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO<>2 minn trakkijiet ġodda b'medja ta' 15% mill-2025 u bi 30% mill-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-2019.

Pakkett dwar l-enerġija nadifa

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UE adottat atti leġislattivi ġodda li huma parti mill-pakkett dwar l-enerġija nadifa:

  • direttiva riveduta dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija
  • direttiva riveduta dwar l-enerġija rinnovabbli
  • regolament dwar il-governanza

Il-pakkett huwa kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet marbutin mal-klima u l-enerġija għall-2030 u jiddefinixxi l-mekkaniżmi ta' kollaborazzjoni u ta' kontroll għall-istati membri tal-UE fis-settur tal-enerġija.

Skema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Fi Frar 2018, l-UE adottat regoli riveduti għall-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (ETS). L-iskema, stabbilita fl-2005, hija l-ewwel suq importanti tal-karbonju fid-dinja u tibqa' l-akbar wieħed. Tistabbilixxi limitu massimu fuq kemm jistgħu jarmu CO<>2 l-industrija peżanti u l-impjanti tal-enerġija. Il-volum totali ta' emissjonijiet permessi jitqassam lill-kumpaniji bħala permessi li jistgħu jiġu skambjati.

F'Diċembru 2019, l-UE u l-Iżvizzera qablu li jorbtu s-sistemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tagħhom. Dan il-ftehim ser ikun ta' benefiċċju reċiproku għall-UE u l-Konfederazzjoni Żvizzera, peress li r-rabta bejn sistemi ta' limitu u skambju tista' żżid id-disponibbiltà ta' opportunitajiet ta' tnaqqis u ttejjeb il-kosteffiċjenza tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet.

Użu tal-art u forestrija

[immodifika | immodifika s-sors]

F'Mejju 2018, intlaħaq qbil dwar regolament ġdid għal titjib fil-protezzjoni u l-ġestjoni tal-art u l-foresti. Permezz ta' dan ir-regolament, l-emissjonijiet ta' gass serra mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-forestrija (LULUCF) issa huma inklużi fil-qafas għall-klima u l-enerġija għall-2030.

L-istrateġija fit-tul tal-UE dwar il-klima

[immodifika | immodifika s-sors]

F'Diċembru 2019, il-mexxejja tal-UE approvaw l-objettiv li tinkiseb UE newtrali għall-klima sal-2050. F'dak l-istadju, il-Polonja ma setgħetx timpenja ruħha li timplimenta dan l-objettiv u l-Kunsill Ewropew ser jerġa' jiddiskuti l-kwistjoni f'Ġunju 2020.

Il-mexxejja tal-UE talbu wkoll lill-Kunsill biex imexxi 'l quddiem il-ħidma fuq il-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Il-mexxejja għarfu l-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas ta' abilitazzjoni biex tiġi żgurata tranżizzjoni kosteffettiva, kif ukoll soċjalment bilanċjata u ġusta lejn newtralità klimatika, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti. Il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE, magħruf bħala l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), li bħalissa qed jiġi nnegozjat, ser jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-azzjoni klimatika. Il-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni Ġusta ser jiġi stabbilit biex jipprovdi appoġġ għar-reġjuni u s-setturi l-aktar milqutin mit-tranżizzjoni.

Fl-istess waqt, il-mexxejja tal-UE enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija u li jiġi rispettat id-dritt ta' kull pajjiż tal-UE li jiddeċiedi dwar it-taħlita tal-enerġija tiegħu stess, inkluż l-enerġija nukleari, u l-aqwa teknoloġiji. Huma qalu wkoll li n-newtralità klimatika għandha tinkiseb b'mod li jiffavorixxi l-kompetittività tal-UE. Jekk ikun meħtieġ, l-UE għandha tfassal miżuri konformi mad-WTO biex tiġġieled kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Il-mexxejja tal-UE stiednu lill-Kummissjoni biex kemm jista' jkun malajr fl-2020 tħejji proposta għall-istrateġija fit-tul tal-UE bil-ħsieb li tiġi adottata mill-Kunsill u ppreżentata lill-UNFCCC, kif meħtieġ mill-Ftehim ta' Pariġi.

F'Marzu 2020, il-ministri għall-ambjent tal-UE adottaw l-istrateġija fit-tul tal-UE dwar il-klima.

Il-Kunsill Ewropew talab ukoll lill-Kummissjoni biex, wara valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, tiżviluppa proposta għal aġġornament tal-kontribut determinat fil-livell nazzjonali tal-UE (NDC) skont il-Ftehim ta' Pariġi għall-2030.


  1. ^ Climate Choices: Panel on Advancing the Science of Climate Change; National Research Council (2010)
  2. ^ Coral Reef Risk Outlook
  3. ^ What a changing climate means for Rocky Mountain National Park
  4. ^ Porter, J.R., et al., Section 7.5: Adaptation and Managing Risks in Agriculture and Other Food System Activities
  5. ^ National Oceanic and Atmospheric Administration