iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.
iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.



Link to original content: http://mt.wikipedia.org/wiki/San_Lawrenz_(Għawdex)
San Lawrenz (Għawdex) - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

San Lawrenz (Għawdex)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
San Lawrenz (Għawdex)
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaGħawdex
GżiraGħawdex
Ġeografija
Koordinati 36°03′18″N 14°12′15″E / 36.055°N 14.2042°E / 36.055; 14.2042Koordinati: 36°03′18″N 14°12′15″E / 36.055°N 14.2042°E / 36.055; 14.2042
San Lawrenz (Għawdex) is located in Malta
San Lawrenz (Għawdex)
San Lawrenz (Għawdex)
San Lawrenz (Għawdex) (Malta)
Superfiċjenti 3.6 kilometru kwadru
Għoli 131 m
Demografija
Popolazzjoni 748 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Colle Umberto
sanlawrenz.gov.mt

San Lawrenz huwa raħal u unità amministrattiva ta' Malta, fil-gżira ta' Għawdex. L-isem oriġina minn San Lawrenz ta' Ruma li huwa l-qaddis patrun tal-lokalità. Ir-raħal għandu popolazzjoni ta' 748 ruħ, skont iċ-ċensiment ta' Marzu 2014.

Ir-Riżerva Naturali tad-Dwejra amministrattivament tagħmel parti mir-raħal. B'mod prominenti fir-riżerva hemm il-Ġebla tal-Ġeneral, u fl-imgħoddi reċenti anke t-Tieqa Żerqa li kienet attrazzjoni ewlenija qabel ma ġġarrfet fit-8 ta' Marzu 2017.[1][2]

Ir-raħal ta' San Lawrenz huwa mibni fuq pjanura mdawra bi tliet għoljiet, Għammar, Gelmus and Ta' Dbieġi. Din tal-aħħar hija għolja 195 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar u hija l-ogħla punt ta' Għawdex. Fil-limiti ta' San Lawrenz, hemm ukoll il-bajja tad-Dwejra, li hija magħrufa għall-formazzjonijiet ġeoloġiċi partikolari tagħha.

Ir-raħal kollox ma' kollox irnexxielu jżomm l-istil ta' ħajja tradizzjonali u rurali tiegħu matul iż-żmien.

San Lawrenz huwa wieħed minn żewġ irħula Għawdxin li ssemmew għall-qaddis patrun tagħhom. Ir-raħal l-ieħor huwa dak ta' Santa Luċija. San Lawrenz ġie stabbilit bħala parroċċa fil-15 ta' Marzu 1893. Qabel dik id-data, l-inħawi kienu magħrufa bħala Ta' Ċangura. X'aktarx li l-inħawi kienu ssemmew hekk għal xi kunjom jew laqam ta' familja li kienet tgħix hemm. Id-data tal-oriġini ta' dawn l-inħawi mhijiex magħrufa. Madankollu, l-isem Ta' Ċangura jmur lura sa qabel l-Assedju ta' Għawdex, jiġifieri sa qabel Lulju 1551.

Sa meta San Lawrenz ġie ddikjarat bħala parroċċa fl-1893, kien jifforma parti mill-Għarb. Madankollu, maż-żmien iċ-ċittadini ta' San Lawrenz bdew jiffurmaw komunità separata u b'hekk riedu l-knisja tagħhom. L-ewwel ġebla ta' din il-knisja ġdida tpoġġiet u ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Peter Pace fil-21 ta' Novembru 1886. Ir-relikwa ta' San Lawrenz tpoġġiet taħt din il-ġebla. Iċ-ċittadini kollha tar-raħal ħadu sehem fil-kostruzzjoni tal-knisja.

Il-festa tar-raħal ta' San Lawrenz tiġi ċċelebrata kull sena fl-eqqel tas-sajf, għall-ħabta tal-ewwel ġimgħa ta' Awwissu.

Hemm ristorant wieħed, ħanut tal-merċa wieħed u każin lokali (immexxi mill-klabb tal-futbol lokali għall-ġbir tal-fondi).

B'popolazzjoni ta' 748 ruħ (f'Marzu 2014), ir-raħal huwa t-tieni l-inqas popolat f'Għawdex u t-tielet l-inqas mill-irħula tal-Gżejjer Maltin kollha. It-tim tal-futbol lokali huwa s-St. Lawrence Spurs FC.

Il-kosta ta' San Lawrenz bit-Torri tad-Dwejra fl-isfond.

Toroq prinċipali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Pjazza San Lawrenz
  • Triq Ta' Ċangura
  • Triq id-Duluri
  • Triq il-Ġebla tal-Ġeneral
  • Triq il-Wileġ
  • Triq San Lawrenz
  • Daħlet Pawluzzu
  • Pjazza Dwejra
  • Trejqa l-10 ta' Awissu
  • Trejqet il-Wilġa Ta' Ġidrin
  • Triq Dun Salv Portelli
  • Triq Għajn Abdul
  • Triq Għar Ilma
  • Triq ir-Rokon
  • Triq it-Torri
  • Triq Nikola Monsarrat
  • Triq ta' Bieb il-Għar
  • Triq Wied Guno
  • Triq Wied Merill

San Lawrenz huwa ġemellat ma':

  1. ^ Malta – Guide Verdi Europa (in Italian). Touring Editore. 2007. p. 143. ISBN 9788836533176.
  2. ^ "Ċensiment tal-popolazzjoni". web.archive.org. 2015-06-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-06-21. Miġbur 2022-08-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Twinning". localgovernment.gov.mt (bil-Malti). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-22. Miġbur 2022-08-21.