iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.
iBet uBet web content aggregator. Adding the entire web to your favor.



Link to original content: http://eures.europa.eu/eures-legal-notice_mt
Avviż Legali tal-EURES - L-Unjoni Ewropea Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)

Avviż Legali tal-EURES

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) iżżomm dan is-sit web biex ittejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi tagħha u l-politiki tal-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Jekk tinġibdilna l-attenzjoni dwar xi żbalji, nipprovaw nikkoreġuhom. Madankollu, l-ELA ma taċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni tkun xi tkun fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.

Din l-informazzjoni hija

  • ta’ natura ġenerali biss u ma hijiex maħsuba biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kwalunkwe individwu jew entità partikolari
  • mhux neċessarjament komprensiva, kompleta, preċiża jew aġġornata
  • xi kultant marbuta ma’ siti esterni li fuqhom l-ELA ma jkollha l-ebda kontroll u li għalihom l-ELA ma tassumi l-ebda responsabbiltà
  • mhux parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonista kkwalifikat xieraq).

Jekk jogħġbok innota li ma tistax tingħata garanzija li dokument disponibbli online jirriproduċi eżattament test adottat uffiċjalment. Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss (l-edizzjoni stampata jew, mill-1 ta’ Lulju 2013, l-edizzjoni elettronika fuq is-sit web tal-EUR-Lex) huwa awtentiku u jipproduċi effetti legali.

Huwa l-għan tagħna li nimminimizzaw it-tfixkil ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madankollu xi data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f’fajls jew f’formati li ma humiex ħielsa mill-iżbalji, u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna mhux se jiġi interrott jew affettwat mod ieħor minn problemi bħal dawn. L-ELA ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ dawn il-problemi mġarrba bħala riżultat tal-użu ta’ dan is-sit jew ta’ kwalunkwe sit estern konness miegħu.

Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà ma hijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-ELA bi ksur ta’ kwalunkwe rekwiżit stabbilit fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas biex teskludi r-responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu esklużi skont dik il-liġi.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà dwar links esterni

Is-sit web jista’ jkun fih “links esterni” għal siti web li għalihom l-ELA ma għandha l-ebda kontroll u li għalihom l-ELA ma tassumi l-ebda responsabbiltà.

Meta l-viżitaturi għas-siti web tal-ELA jagħżlu li jsegwu link għal kwalunkwe sit web estern, dawn ikunu soġġetti għall-politiki dwar il-cookies, il-privatezza u l-politiki legali tas-sit web estern.

Il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni tad-data u tal-aċċessibbiltà tas-siti web esterni llinkjati mis-siti web tal-ELA ma taqax taħt il-kontroll tal-ELA u hija r-responsabbiltà espliċita tas-sit web estern.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà dwar l-approvazzjoni

L-għan ta’ kwalunkwe referenza llinkjata minn siti web tal-ELA għal kwalunkwe riżorsa esterna speċifika, servizz online jew sit web, huwa li ttejjeb l-informazzjoni disponibbli fuq is-siti web tal-ELA u tgħin lill-viżitaturi ta’ dawk is-siti web.

Dawn ir-referenzi llinkjati ma jikkostitwixxux approvazzjoni mill-ELA tar-riżorsa esterna speċifika, tas-servizz online jew ta’ sit web, u lanqas approvazzjoni tal-informazzjoni, inkluża fir-referenza llinkjata, u lanqas approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet li huma s-sidien tas-siti web esterni.

Politika dwar il-privatezza

L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura l-privatezza tal-utenti. Il-politika ta’ privatezza tkopri s-siti web tal-Unjoni Ewropea fid-dominju europa.eu.

Politika dwar il-privatezza

Avviż dwar id-drittijiet tal-awtur

Drittijiet tal-awtur © għall-kontenut kollu ta’ dan is-sit web sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor: Awtorità Ewropea tax-Xogħol – ELA.

L-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-ELA tiġi rikonoxxuta bħala s-sors tal-materjal.

Għal dokumenti individwali, il-prinċipju ġenerali tal-użu mill-ġdid deskritt hawn fuq jista’ jkun soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi kif indikat fl-avviżi individwali tad-drittijiet tal-awtur li jinsabu fihom. L-utenti huma avżati biex jirreferu għal dawn l-avviżi individwali tad-drittijiet tal-awtur.

Il-logo tal-ELA u tal-EURES huma l-proprjetà esklussiva tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol – l-ELA u l-użu tagħha huwa pprojbit mingħajr il-permess bil-miktub minn qabel tal-ELA.